Malta Missjunarja ta’ Jannar 2021

Print Friendly, PDF & Email

Fl-ewwel tas-sena, il-Knisja tagħmel festa lill-Madonna bħala Omm Alla, l-ikbar privileġġ li Alla taha, u li qatt seta’ jagħti lil xi ħadd mill-kreaturi tiegħu. Il-Knisja mhux biss tifraħ u tonora lill-Madonna, iżda tirringrazzjaha wkoll talli aċċettat dan il-privileġġ, li permezz tiegħu daħlet sieħba ma’ binha Ġesù fil-Fidwa tagħna. Il-Madonna saret Omm Alla meta, fit-tħabbira tal-Anġlu, aċċettat li ssir omm Ġesù.

Matul ix-xahar ta’ Jannar tista’ tkompli taqra aktar dwar dan il-ħsieb u din il-festa fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli niltaqgħu ma’ żewġt itfal, Jane u Jayden, li bis-saħħa ta’ benefatturi Maltin u Għawdxin, saritilhom operazzjoni u b’hekk ma tilfux id-dawl t’għajnejhom għal għomorhom. F’artiklu ieħor umbagħad naqraw dwar esperjenza missjunarja ta’ żewġ volunitiera ta’ Missio fit-Tanżanija.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  

Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.