Avviż minn Missio Malta
Għal dawn l-aħħar snin, Missio ħaseb kif jista’ jgħin lil ħafna tfal orfni u abbandunati madwar id-dinja. Kien għalhekk li għamel kuntatt ma’ diversi orfanatrofji f’pajjiżi missjunarji ħalli jindikawlu liema huma dawk it-tfal li verament għandhom bżonn l-għajnuna. Kien għalhekk ukoll li Missio ħareġ sejħa biex isib benefatturi Maltin u Għawdxin li lesti ‘jaddottaw’ tifel jew tifla.
Dawn it-tfal, li jibqgħu fl-ambjent li draw jgħixu fih, qrib il-familjari u l-ħbieb tagħhom, grazzi għall-benefaturi, ikunu jistgħu jibdew jattendu l-iskola sabiex jirċievu edukazzjoni xierqa, u jieklu tal-inqas ikla waħda sustanzjuża kuljum. U dan kollu għal €12.50 biss fix-xahar! Jekk intom imħajrin ikollkom ‘iben’ jew ‘bint’ oħra, araw l-avviż t’hawn taħt għal aktar dettalji. Din l-isponsorhip tista’ tintuża minn individwi jew minn familja.
Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-missjoni, inħeġġuk tabbona fir-rivista Malta Missjunarja. Sabiex tagħmel donazzjoni onlajn jew għal aktar tagħrif dwar Missio żur is-sit www.missio.org.mt jew ikkuntatjana fuq info@missio.org.t jew 2123 6962. Grazzi mill-qalb.