Tlaqqmu l-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu XVI

Il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu XVI jirċievu l-vaċċin tal-Covid-19.

Il-kampanja tat-tilqim kontra l-Covid-19 li bdiet nhar l-Erbgħa fil-Vatikan, tkompliet billi l-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu XVI irċievew l-ewwel dożi tagħhom tal-vaċċin. “Nista’ nikkonferma li bħala parti mill-programm ta’ tilqim tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-lum, l-ewwel doża tal-vaċċin tal-Covid-19 ġiet amministrata lill-Papa Franġsiku u lill-Papa Emeritu”. Dan qalu Matteo Bruno, direttur tal-Uffiċċju Stampa għall-Vatikan.

Aktar