Fr. John Gbakaan, kappillan tal-Knisja ta’ Sant’Anton fil-Gulu, fid-Djoċesi ta’ Minna, ġie maħtuf u maqtul fil-15 ta’ Jannar, tul it-triq minn Lambata għal Lapai fl-istat tan-Niġer, irrapportat l-Aġenzija Fides.
Kappillan fil-Madala, Fr. John Jatau, ħabbar li Fr. Gbakaan, flimkien ma’ ħuh u qassis ieħor, kienu marru Makurdi fl-istat ta’ Benue fl-14 ta ‘Jannar biex iżuru lil ommu, rrapporta Fides, servizz ta’ informazzjoni tal-Għaqdiet tal-Missjoni Pontifikali.
“Fil-15 ta’ Jannar, il-qassis u ħuh ġew attakkati minn irġiel armati fi triqthom lura minn Lambata għal Lapai. L-attakk seħħ għall-ħabta tad-9 p.m. ħdejn il-villaġġ ta’ Tufa. Iż-żewġ aħwa nħatfu minn irġiel armati li daru lejn id-djoċesi ta’ Minna biex jinnegozaw il-ħelsien tagħhom nhar is-Sibt 16 ta ’Jannar.”
Huma talbu l-ammont ta’ 30 miljun naira ($ 70,000), iżda wara naqqsuha għal 5 miljun naira ($ 12,000).
Rapporti tal-midja ma qalux jekk dawn tħallsux, iżda l-ġisem bla ħajja tal-qassis instab ħdejn il-post tal-ħtif. Fr. Gbakaan kien “allegatament maqtul b’mod brutali li kienet difficli issir l-identifikazzjoni tiegħu,” qallet l-Aġenzija Fides. Għad m’hemmx aħbarijiet dwar ħuh, li jingħad li għadu f’idejn dawk li ħatfuf.
L-Assoċjazzjoni Nisranija tan-Niġerja talbet lill-gvern federali biex iwaqqaf ħtif u qtil ta’ mexxejja reliġjużi minn banditi fil-pajjiż. Rappreżentant tal-CAN, Dun John Hayab, qal li l-insigurtà fit-Tramuntana tal-pajjiż ħadet dimensjonijiet allarmanti.
“Illum fit-Tramuntana tan-Niġerja ħafna nies qed jgħixu fil-biża’ u ħafna żgħażagħ jibżgħu jsiru mexxejja reliġjużi għax ħajjet dawn n-nies hija f’periklu kbir,” qal Hayab. “Meta l-banditi jirrealizzaw li l-vittma tagħhom hija saċerdot jew mexxej reliġjuż huma donnhom jiġu maħkuma minn spirtu vjolenti f’qalbhom u jispiċċaw biex jitolbu aktar flus għal ħelsin tagħhom u f’xi każijiet imorru sal-punt li joqtlu lill-vittma.”
Hayab qal, “Aħna sempliċement nitolbu lill-Gvern Federali u l-aġenziji kollha tas-sigurtà biex jagħmlu dak kollu li jkun hemm bżonn biex iwaqqaf dan il-ħażen.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://aleteia.org/2021/01/18/nigerian-priest-kidnapped-and-killed/