L-Ordni ta’ Malta u l-Covid-19

Print Friendly, PDF & Email

Fra Marco Luzzago ser jiltaqa’ mad-dekan tal-Korp Diplomatiku

Nhar il- Ħamis li gej, il-Logutenent tal-Gran Mastru tal-Ordni Sovran ta’ Malta, Fra Marco ser jintaqa’ mad-Dekan tal-Korp Diplomatiku akkreditat mal-Ordni Sovran, l-ambaxxatur tal-Kamerun, Antoine Zanga.

Minħabba l-limitazzjonijiet imposti mill-pandemija, l-ħatra tradizzjonali li ssir fil-bidu tas-sena mal-korp diplomatiku akkreditat ma tistax isseħħ. Il-laqgħa għalhekk se ssir fil-Palazz Maġistrali, s-sede tal-gvern tal-Ordni ta’ Malta, f’forma ristretta.

L-isfidi relatati mal-kriżi globali tas-saħħa kkawżata minn Covid-19 se jkunu fiċ-ċentru tal-logutenent, li ħa f’idejh it-tmexxija tal-Ordni ta’ Malta f’Novembru li għadda.

Matul il-laqgħa, se jiġu murija l-attivitajiet mediċi u soċjali ewlenin imwettqa fl-2020 mill-assoċjazzjonijiet, l-għajnuna u l-korpi volontarji tal-Ordni ta’ Malta fil-120 pajjiż li topera fihom. Kif ukoll ser jintwerew interventi diplomatiċi u l-ħatriet istituzzjonali li kkaratterizzaw is-sena li għaddiet, fosthom il tal-mewt tat-80 Gran Mastru Fra Giacomo Dalla Torre.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2021/1/19/sovrano-ordine-di-malta-giovedi-fra-marco-luzzago-incontra-il-decano-del-corpo-diplomatico/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: