‘Il-vjaġġ tal-Papa fl-Iraq huwa tweġiba għal dawk li huma xettiċi’
‘Jekk kollox jimxi skont il-pjan, il-Papa se jżur l-Iraq mill-5 sat-8 ta’ Marzu. Fost l-oħrajn se jżur Baghdad-Qaraqosh, fit-tramuntana tal-pajjiż. Din il-belt fiha l-aktar popolazzjoni Nisranija u hija simbolu tal-mibegħda tal-ISIS.
Fl-2014, it-terroristi wasslu biex 50,000 persuna jitilqu minn hekk. Sentejn wara, is-saċerdot Fr Georges Jahola huwa wieħed minn dawk li qed jitħabtu biex jerġgħu jinbnew id-djar mill-ġdid u l-komunita’. Grazzi lilu, 23,000 persuna diġa reġgħu lura lejn il-belt.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffeey G. Attard