Sabiex jikkommemora l-ħames snin mill-pubblikazzjoni tal-eżortazzjoni apostolika ‘Amoris Laetitia’, Papa Franġisku għamel sejħa għal sena speċjali sabiex nirriflettu aktar fuq il-familja fiż-żminijiet tagħna.
Din is-sena se tibda nhar id-19 ta’ Marzu. Din hi r-raġuni għalfejn Rome Reports Premium illonċjat laqgħa permezz ta’ zoom ma’ esperti sabiex jirriflettu fuq realtajiet u sfidi tal-familji llum. Is-sotto-segretarju tad-Dikasteru tal-Lajċi, il-Familja u l-Ħajja stqarr: ‘Jeħtieġ li nibdew nibnu komunitajiet madwar il-familji, inkluż dawk li qed jiffaċċjaw il-kriżijiet u t-tbatijiet. Irridu ngħinuhom iħossu li mhumiex waħdihom f’dawn il-ġlidiet. Dan hu bżonn l-aktar konkret li kull familja tħoss’. Esperti dwar it-tema juri li minkejja n-nuqqas fin-numru ta’ żwiġijiet fl-Ewropa, xorta għad hemm it-tama li l-istituzzjoni taż-żwieġ tiġi msaħħa.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard