‘Aħna infermiera reliġjużi. Aħna lkoll nistudjaw l-infermerija sabiex ikollna preparazzjoni neċessarja sabiex ngħinu l-morda b’dak kollu li jkollhom bżonn. Tista’ tkun marda serja, marda kontaġġjuża u aħna namministraw medikazzjoni intramuskulari u intravenuża’.
Dawn huma l-Qaddejja ta’ Marija, Ministri għall-Morda, imwaqqfa fi Spanja fis-sena 1851 minn Madre Maria Soledad Torres. ‘Aħna normalment inżuru d-dar tal-persuna marida sabiex nistudjaw il-kundizzjoni, u sabiex naraw jekk ikunx każ serju jew inkella wieħed minuri. Is-superjura tiddeċiedi liema soru tibgħat: ‘Lanqas il-pandemija tal-koronvirus ma tista’ twaqqafhom milli jwettqu l-missjoni tagħhom f’Ruma’.