Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
- Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.
F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:
It‑Tlieta 2 ta’ Frar 2021, festa tal‑Preżentazzjoni tal‑Mulej u Jum il‑Ħajja Konsagrata, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella tal‑Monasteru tas‑Sorijiet Klarissi, San Ġiljan. Din tixxandar fuq TVM2.
Il‑Ħadd 7 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ San Bartolomew Appostlu, Ħal Tarxien. Din tixxandar fuq TVM2.
L‑Erbgħa 10 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fil‑festa ta’ San Pawl Missierna, Patrun ta’ Malta, fil‑Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM2.
Il‑Ħadd 14 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ San Bartolomew Appostlu, Ħal Tarxien. Din tixxandar fuq TVM2.
L‑Erbgħa 17 ta’ Frar, Ras ir‑Randan, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja tas‑Salib Imqaddes (tal‑Kapuċċini), il‑Furjana. Din tixxandar fuq TVM2.
Il‑Ħadd 21 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Ħadd in‑Nies, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar. Din tixxandar fuq TVM2.
Il‑Ħamis 25 ta’ Frar, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa li tagħti bidu għaċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑120 anniversarju tal‑Kunsill Studenti Universitarji (KSU), fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti, il‑Belt Valletta.
Il‑Ħadd 28 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa. Din tixxandar fuq TVM2.
Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti