Il-Papa Franġisku jitlob lin-nies biex jitolbu għal kull vittma tat-traffikar tal-bnedmin

Ilbieraħ il-Papa Franġisku talab lin-nies biex jitolbu għal kull persuna li bħalissa hija vittma tat-traffikar tal-bnedmin. “Fi żminijiet ta’ kriżi, t-traffikar tal-bnedmin jipprolifera; għalhekk, hemm bżonn li l-ekonomija tissaħħaħ sabiex tkun tista’ tirrispondi għall-kriżi b’mod li ma jkunx qasir, b’mod dejjiemi, b’mod solidu,” qal il-Papa Franġisku fil-messaġġ vidjo li bagħat waqt maratona ta’ talb globali ta’ seba’ sigħat li xxandret permezz ta’ live-stream bi traduzzjonijiet f’ħames lingwi, nkluż l-Ingliż, biex timmarka l-Jum Internazzjonali ta’ Talb u Kuxjenza kontra t-Traffikar tal-Bniedem.

AKTAR