Tħabbar il-programm tal-Papa Franġisku għaż-Żjara fl-Iraq

Print Friendly, PDF & Email

Iż-Żjara Appostolika tal-Papa Franġisku fl-Iraq tibda l-Ġimgħa 5 ta’ Marzu meta jitlaq minn Ruma u jasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Bagdad wara nofsinhar. Dakinhar, il-Papa se jiltaqa’ ma’ Isqfijiet, Saċerdoti, Reliġjużi, Persuni Kkonsagrati, Seminaristi u Katekisti fil-Katidral Siro-Kattoliku tal-Madonna tas-Salvazzjoni f’Bagdad.

Is-Sibt, 6 ta’ Marzu, l-Papa ser jitlaq Bagdad għal Najaf. Wara żjara ta’ kortesija lill-Grand Ayatollah Sayyid Ali Al-Husaymi Al-Sistani f’Najaf, il-Papa Franġisku se jtir lejn Nassirya għal laqgħa interreliġjuża fil-Pjanura ta’ Ur. Wara r-ritorn tiegħu f’Bagdad, wara nofsinhar, il-Papa se jiċċelebra Quddiesa fil-Katidral Kaldew ta’ San Ġużepp.

Il-Ħadd filgħodu, l-Papa Franġisku hu ppjanat li jitlaq lejn Erbil. Mal-wasla fl-ajruport, huwa jkun milqugħ mill-awtoritajiet reliġjużi u ċivili tarr-reġjun tal-Kurdistan Iraqi qabel ma jkompli l-vjaġġ tiegħu bil-ħelikopter lejn Mosul. Waqt li jkun hemm, huwa se jirreċta talb ta’ sofferenza għall-vittmi tal-gwerra f’Hosh al-Bieaa.

Wara l-Papa jieħu ħelikopter lejn Qaraqosh fejn se jżur il-komunità fil-Knisja tal-Kunċizzjoni. Wara nofsinhar, il-Papa Franġisku se jirritorna Erbil fejn se jiċċelebra Quddiesa fil-grawnd “Franso Hariri”. Wara ċ-ċelebrazzjoni, l-Papa jitlaq lura lejn Bagdad.

Wara ċerimonja ta’ tmiem it-Tnejn filgħodu, l-Qdusija Tiegħu jitlaq lejn Ruma fejn huwa mistenni li jinżel fl-ajruport ta’ Ciampino aktar tard matul il-ġurnata.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-02/pope-francis-programme-for-apostolic-visit-to-iraq-announced.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d