Vanġelu (Mk 1. 12-15): Mattew u Luqa jirrakuntaw 3 parabboli ta’ tentazzjonijiet: (a) tibdel il-ġebel f’ħobż; (b) tadura x-xitan u jtik poter fuq il-qawwiet tad-dinja; (ċ) taqbeż minn fuq il-quċċata tat-tempju għal-isfel u tippretendi li l-anġli jiġu jilqgħuk. Dawn il-parabboli jiddiskrivu tliet fruntieri li se jiddikjaraw gwerra fuq il-missjoni ta’ Kristu. Fis-silta tal-lum, qabel Ġesu ma jibda l-ħajja pubblika Tiegħu, dawn it-tliet fruntieri jiġu jittantawh bit-tama li Hu jabbanduna l-missjoni Tiegħu. San Mark, b’żewġ sentenzi, jiddeskrivi din il-ġrajja biex iwissina li aħna wkoll niġu ttentati b’dan il-mod. Jiħtieġ inġibu ruħna kif ġab ruħu Ġesu.
AKTAR