Missio jirċievi ħafna talbiet minn saċerdoti u isqfijiet sabiex jitolbu l-intenzjonijiet tal-quddies. Għal ħafna, il-quddiesa hija t-tama tagħhom billi ma jkollhomx mezzi oħra ta’ għajxien. Min jagħti l-flus għall-quddies, barra li jkun qed joffri suffraġju lill-erwieħ għeżież tiegħu, ikun ukoll qed jagħmel opra ta’ karità mas-saċerdoti fl-artijiet tal-missjoni.

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-missjoni, inħeġġuk tabbona fir-rivista Malta Missjunarja. Sabiex tagħmel donazzjoni onlajn jew għal aktar tagħrif dwar Missio żur is-sit www.missio.org.mt jew ikkuntatjana fuq info@missio.org.t jew 2123 6962. Grazzi mill-qalb.