Adorazzjonijiet matul ix-xahar ta’ Marzu 2021

Print Friendly, PDF & Email

Ix-Xahar ta’ Marzu se ngħixuh fir-Randan Imqaddes – bi stedina oħra għall-Konverzjoni fejn induru dawra madwarna u naraw x’hemm bżonn nirranġaw.

1
L-Erbgha 3
Santwarju Madonna Tal-Ħerba Birkirkara Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu.

2
Il-Ġimgħa 5
Knisja Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara Mid-9.00 sal-10.00 ta’ fil-għodu.

3
It-Tnejn 8
Knisja Arċipretali San Sebastjan Hal Qormi Wara l-Quddiesa tat-8.30 ta’ fil-għodu.

4
It-Tnejn 15
Santwarju Madonna Tas-Samra, il-Hamrun
Mill-11.00 sa Nofs in-Nhar. Wara jkun hemm Quddiesa

5
L-Erbgħa 17
Knisja Parrokkjali Madonna ta’ Fatima, G’Mangia Wara l-Quddiesa tad-9.00 ta’ fil-għodu.

6
Il-Ġimgħa 19 Festa San Ġużepp
Knisja Sant’ Anna, Iż-Żebbiegħ l/o Mġarr Malta Fil-5.00 pm u wara jkun hemm Quddiesa.

Dejjem bil-għajnuna ta’ Alla, nittamaw li jseħħilna nattendu għal dawn l-Adorazzjonijiet. Nitolbu biex nerġgħu niġu għan-normal bħal qabel biex inkunu nistgħu naduraw lill-Mulej fil-ħafna knejjes għeżież tagħna ħalli Alla jkun dejjem aktar magħruf, maħbub u rreparat.

O Ġesù Ewkaristija – kun Int il-ferħ u l-hena ta’ ħajti kollha !

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

%d