Wara li mexxa t-talba tal-Anġelus, il-Papa Franġisku sellem lill-pellegrini Pollakki li kienu miġburin fi Pjazza San Pietru u fakkar fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fi Plock, il-Polonja, fejn 90 sena ilu, l-Mulej deher lil Suor Faustina Kowalska u fdalha l-messaġġ speċjali tal-Ħniena Divina, li San Ġwann Pawlu II għen biex jiġi magħruf u apprezzat fid-dinja.
AKTAR