Knisja Kattolika tingħata n-nar waqt rejd fir-raħal ta’ Kikwari, fin-Niġerja
Ħallelin armati qerdu l-bini tal-Knisja Kattolika tal-Familja Mqaddsa, u żewġt idjar, fir-raħal ta’ Kikwari, ż-żona tal-gvern lokali ta’ Kajuru fl-istat ta’ Kaduna.
Samuel Aruwan, Kummissarju fil-Ministeru għas-Sigurtà Interna u l-Intern, tal-Istat ta’ Kaduna, qal li l-Ħadd, in-nies tal-lokal ħarbu miż-żona meta rċivew informazzjoni li xi banditi dehru barra r-raħal. “Malli wasalna fil-post, il-ħallelin li kienu armati, taw in-nar lill-post tal-qima u ż-żewġt idjar”. Huwa qal. Meta rċieva r-rapport, il-Gvernatur El-Rufai wera sogħba tiegħu mal-komunità tar-raħal, u kkundana l-ħruq tal-Knisja u żewġt idjar li nħarqu mill-kriminali.
Il-Gvernatur emaptizza mal-Knisja w assigurahom li l-gvern taħt l-għassa tiegħu ser ikompli jaħdem ħafna fil-ġlieda kontra l-banditiżmu u reati oħra.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://christianpersecution.com/nigeria/nigeria-catholic-church-set-ablaze-in-raid-on-village/