Vanġelu (Ġw 2. 13-25): Is-soltu Ġesu insibuh bħala bniedem ħanin, qalbu tajba u ħelu ma’ kulħadd, speċjalment mat-tfal. Fis-silta tal-lum insibuH irrabjat u, bi frosta f’idu, jkeċċi l-bejjiegħa mit-Tempju. Dis-silta tqanqal fina wkoll illum is-suġġett tal-flus u l-Knisja, e.g. meta tiġi akkużata li hi sinjura, jew li hi aktar moħħha fil-flus milli fil-ġid spiritwali. Hemm bżonn li llum ma niqfux biss fuq il-qoxra ta’ barra tal-aġir ta’ Ġesu, imma nidħlu fit-tifsira tejoloġika, i.e. li Ġesu ried iġib fit-tmiem ir-reliġjon żbaljata tat-tpartit: “Jekk intik, trid ittini; jien noffrilek sagrifiċċju, mela int trid tbierek lili u l-familja tiegħi b’ħajja sabiħa u bi ħwejjeġ sbieħ u tajbin biss.” Dan mod pagan kif wieħed jimxi m’Alla.
AKTAR