Il-Papa Franġisku jistenna li jmut f’Ruma, bħala l-Papa jew Papa Emeritu

Print Friendly, PDF & Email

F’intervista li l-Papa Franġisku ta għall-ktieb tal-ġurnalist Arġentin, it-tabib Nelson Castro, il-Papa Frangisku qal li jistenna li se jmut f’Ruma, bħala Papa preżenti jew Emeritu u li mhux se jmur lura l-Arġentina. Il-ktieb dwar is-saħħa tal-Papiet minn Ljun XIII sa Frangisku se jkun ippubblikat fi Buenos Aires illum, l-1 ta’ Marzu.

Il-Papa Franġisku kellu problemi fis-saħħa sa’ minn meta kien ta’ 21 sena. Kien hemm żmien meta kellu bżonn għajnuna psikoloġika għax sab ruħu f’iskju serju meta kien jassisti lin-nies biex jaħarbu mill-Arġentina fi żmien id-dittatura militari. Xi drabi l-Papa Franġisku jbati minn ansjeà li jipprova jirbaħha billi jisma’ l-mużika ta’ Johann Sebastian Bach jew billi jieħu ftit minn drink popolari Arġentina.

F’din l-intervista l-Papa jitkellem dwar ix-xjatka li jbati biha u jispjega għax ma riedx ikun operat għaliha meta kien Arċisqof ta’ Buenos Aires. F’dak iż-żmien kellu wkoll problemi tal-qalb. Il-Papa jikkonkludi li dejjem kellu kura tajba hekk li għal-età tiegħu iħossu tajjeb.

https://www.americamagazine.org/faith/2021/02/27/pope-francis-die-rome-emeritus-240123

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: