Din hija s-sitt sena li Missio Malta ser jorganizza l-maratona #Hope Missiofest li ser taħbat nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu.
Din ser tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni lokali bi programm interessanti għall-familja kollha mill-WE Studios bejn nofsinhar u nofsillejl. Għalhekk, Missio qed jitlob l-għajnuna tagħkom biex tagħmlu att ta’ karità sabiex tgħinuna nwettqu l-proġetti tagħna li din is-sena ser jiffukaw fuq għajnuna lill-orfanatrofji. Kull donazzjoni hija apprezzata sew jekk mibgħuta bil-posta, mogħtija permezz ta’ telefonata jew SMS, mibgħuta onlajn jew ippreżentata personalment.
Għal aktar informazzjoni segwina fuq it-televiżjoni jew ikkuntatjana fuq 2123 6962, info@missio.org.mt, żur il-websajt www.missio.org.mt jew sibna fuq ‘Facebook’. Il-linji tat-telefown huma diġà miftuħin. Ċemplu, ċemplu, ċemplu.
Grazzi mill-qalb.