L-Isqof Anton Teuma fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa u t-Tridu tal-Għid 2021

Print Friendly, PDF & Email

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa u t-Tridu tal-Għid 2021.

Tifkira devozzjonali ta’ Marija Addolorata, il-Ġimgħa 26 ta’ Marzu
Fis-7.30pm: Via Matris Djoċesana, mis-Santwarju Ta’ Pinu

Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, 28 ta’ Marzu
Fl-10.00am: Tifkira tad-Daħla tal-Mulej f’Ġerusalemm, mill-Katidral ta’ Għawdex

Ħamis ix-Xirka, 1 ta’ April
Fis-7.00pm: Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej, mill-Katidral ta’ Għawdex

Il-Ġimgħa l-Kbira, 2 ta’ April
Fit-3.30pm: Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej, mill-Katidral ta’ Għawdex Fis-7.30pm: Via Crucis Djoċesana, mill-Katidral ta’ Għawdex

Sibt il-Għid, 3 ta’ April
Fid-9.00am: Ċelebrazzjoni tas-Siegħa tal-Omm, mis-Santwarju Ta’ Pinu Fit-8.00pm: Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid, mill-Katidral

Ħadd il-Għid, 4 ta’ April
Fis-6.00pm: Pontifikal tal-Għid il-Kbir, mill-Katidral ta’ Għawdex

  • Nhar Ħadd il-Palm fis-7.00pm, u mit-Tnejn sal-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa fit-8.00pm, l- Isqof Anton Teuma jmexxi l-Lectio Divina dwar ir-Rakkont tal-Passjoni tal-Mulej, mill-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, il-Belt Victoria.

Iċ-ċelebrazzjonijiet kollha jiġu mxandra fuq Xejk TV, kif ukoll fuq il-Paġni ta’ YouTube u ta’ Facebook tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading