It-Tnejn 29 ta’ Marzu, l-Papa Franġisku, ltaqa’ mas-saċerdoti w studenti mill-Kulleġġ Pontifiċju Messikan f’Ruma. Waqt li kien qed jindirizza lil dawk preżenti għall-udjenza tal-Vatikan, il-Papa fakkar fil-laqgħat li kellu waqt iż-Żjara Appostolika tiegħu fil-Messiku fl-2016, li b’ċertu mod, għadu jġeddu kull sena biċ-ċelebrazzzjoni fis-Solennità tal-Madonna ta’ Guadalupe, li ssir fil-Bażilika tal-Vatikan.
Il-Qdusija Tiegħu rrikonoxxa wkoll l-isfidi għall-evanġelizzazzjoni fil-Messiku w fil-kontinent Amerikan kollu, minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li għaddejja bħalissa, lir-Rettur tal-Kulleġġ, Fr. Victor Ulises Vasquez Moreno, enfasizza fl-inidirizz tiegħu li għamel lill-Papa f’isem dawk preżenti.
Fid-dawl ta’ bosta sfidi, l-Papa Franġisku qal li l-problemi tal-lum jirrikjedu lis-saċerdoti jkunu jixbħu lill-Mulej. “Il-ħarsa tagħna trid tkun tixbah lil Tiegħu, l-ħarsa tagħna trid tinbidel f’ħarsa ħelwa, ta’ rikonċiljazzjoni u fraternità,” spjega l-Papa. Huwa nnota li jeħtieġ li jkollna “ħarsa ħelwa” li biha Alla jara l-problemi li jolqtu s-soċjetà, nklużi “vjolenza, inugwaljanza soċjali w ekonomiċi, polarizzazzjoni, korruzzjoni w nuqqas ta’ tama b’mod speċjali fost iż–żgħar.” F’dan ir-rigward, il-Papa qal li l-Verġni Marija sservi bħala eżempju, li tirrifletti l-imħabba ħelwa t’Alla, tilqa’ lil kulħadd mingħajr distinzjoni permezz tal-ħlewwa materna tagħha.
Quddiem diffikultajiet soċjali, d-diferenzi enormi w l-korruzzjoni, l-Papa Franġisku enfasizza l-importanza tal-ħarsa tar-rikonċiljazzjoni. Is-suċċessur ta’ Pietru jenfasizza li r-rgħajja huma msejħa biex jgħinu ħalli jerġgħu jinbnew relazzjonijiet kostruttivi ta’ rispett bejn il-bnedmin, l-gruppi w l-kulturi fis-soċjetà, w jistieden lil kulħadd biex “iħallu lilhom nnifshom jiġu rikonċiljati minn Alla”, w biex jimpenjaw lilhom infushom għar-restawr tal-ġustizzja.
“Iż-żmien preżenti qed iħeġġiġna biex ikollna ħarsa fraterna”, qal il-Papa. “L-isfidi li qed naffaċċjaw huma tant wesgħin li jinkludu l-istruttura soċjali w realtà globalizzata li tgħaqqad il-medja w n-networks soċjali.” Huwa għal din ir-raġuni li, “flimkien ma’ Kristu, il-Qaddej u Ragħaj, irridu nkunu kapaċi li jkollna viżjoni tat-totalità w tal-għaqda, li tħeġġiġna biex noħolqu fraternità w tippermettilna nissottolinjaw il-punti ta’ konnessjoni w interazzjoni fil-qalba tal-kulturi w l-komunità ekkleżjali.” Din il-viżjoni tiffaċilita wkoll il-komunjoni w l-parteċipazzjoni fraterna li tiggwida lill-fidili biex jirrispettaw id-dar komuni tagħhom, u jsiru bennejja ta’ dinja ġdida b’kollaborazzjoni ma’ nies ta’ rieda tajba.
Meta temm l-indirizz tiegħu, l-Qdusija Tiegħu ħeġġiġhom biex ma jonqsux milli japprofondixxu l-għeruq tal-fidi li rċivew fid-diversi knejjes partikolari tagħhom, li ġejjin minn proċess rikk t’inkulturazzjoni tal-Evanġelju.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-mexican-college-vatican-tenderness-reconciliation.html