Ara l-Ħarġa ta’ April ta’ Malta Missunarja …
Fi Frar il-Knisja Kattolika f’Malta tilfet żewġ monsinjuri kbar: Mons. Ġwann Azzopardi, riċerkatur tal-istorja ta’ Malta u Mons. Ġużepp Fenech ex-direttur ta’ Missio Malta. It-tnejn li huma ħallew din id-dinja f’għomor twil. Huma ħadmu qattiegħ fil-linja tal-missjoni tagħhom u t-tnejn li huma żgur li ser jibqgħu mfakkra għal din il-ħidma li għamlu b’tant għożża u dedikazzjoni.

Matul ix-xahar t’April tista’ tkompli taqra aktar dwar dawn iż-żewġ monsinjuri fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli, li ser ikun regolari fix-xhur li ġejjin, nimxu pass pass u naqraw dwar ċerti artikli ta’ interess li kienu dehru fl-ewwel ħarġiet tar-rivista Malta Missjunarja li s-sena d-dieħla tgħalaq 90 sena li bdiet tiġi ppubblikata.
Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.
FAITH, HOPE & CHARITY SHOP
Faith, Hope & Charity huwa ħanut ta’ Missio fil-Belt Valletta li l-qliegħ mill-prodotti jmur kollu kemm hu b’risq il-missjoni. F’dan il-ħanut wieħed isib diversi statwetti reliġjużi, inkwatri, santi, kotba, xemgħat, ‘souveniers’ għal kull okkażjoni u ħafna u ħafna affarijiet oħra sew għal dak li jkun u sew biex wieħed jagħti rigal xieraq, oriġinali u li jkun apprezzat. Wieħed jista’ jixtri l-prodotti onlajn bla ma joqgħod jinqala’ mid-dar u jitwasslulu wara l-bieb tad-dar.
Għal aktar informazzjoni dwar Missio Malta kkuntatjana fuq 2123 6962, info@missio.org.mt, żur il-websajt www.missio.org.mt jew sibna fuq ‘Facebook’. Grazzi mill-qalb.