Ordinazzjoni bikrija għal seminarista marid bil-Lewkimja

Il-Papa japprova l-ordinazzjoni bikrija għal seminarista marid bil-Lewkimja

Reliġjuż Niġerjan, Livinius Esomchi Nnamani, li hu marid bil-Lewkimja, ġie ordnat saċerdot Kattoliku bl-approvazzjoni tal-Papa Franġisku. Iż-żagħżugħ ta’ 31 sena kien kiteb lill-Qdusija Tiegħu fejn talbu biex imexxi l-ordinazzjoni tiegħu. Din ix-xewqa ngħatat fl-1 ta’ April. L-Isqof Daniele Libanori, isqof Awżiljarju ta’ Ruma, ordna lil Livinius saċerdot fl-Isptar Presidio Sanitario Medica Group Casilino, f’Ruma.

AKTAR