Iċ-ċelebrazzjoni tal-quddies mal-komunità mill-Ħadd li ġej

Print Friendly, PDF & Email

Minn nhar il‑Ħadd li ġej, 18 ta’ April 2021, l‑Insara ser ikunu jistgħu jerġgħu jipparteċipaw fil‑quddies fil‑knejjes f’Malta u Għawdex. Dan wara r‑reviżjoni tal‑miżuri li tħabbru mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa l‑ġimgħa li għaddiet.

F’messaġġ fuq il‑media soċjali, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna stieden lil kull min jista’, sabiex il‑Ħadd li ġej jinġabar fil‑knejjes biex jisma’ l‑Kelma ta’ Alla u jirċievi l‑Ewkaristija.

L‑Insara huma mħeġġa jattendu għall‑quddies mal‑komunità filwaqt li jkomplu jħarsu l‑miżuri għall-ħarsien tas-saħħa kif sar qabel. Id‑dispensa tal‑obbligu tal‑quddies tal‑Ħadd mogħtija mill‑Isqfijiet is‑sena l‑oħra għalissa ser tibqa’ fis‑seħħ.

Sors: www.knisja.mt

Leave a Reply