Il-Ħajja f’Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħajja f’Għawdex, April 2021, No 1027

Fost l-aħbarijiet li jidhru dan ix-xahar f’din ir-rivista Għawdxija hemm dik dwar il-baliena li ntlemħet lil hemm mill-irdumijiet ta’ Ta’ Ċenċ, hekk qrib tal-kosta li wieħed seta’ jisma’ n-nifs tagħha. Wieħed jistaqsi dan l-inċident għandux xi rabta mal-pandemija! Rapporti inqas drammatiċi jkopru r-restawr estensiv tat-Torri tax-Xlendi, il-breakwater ippjanat f’Marsalforn, u x-xogħol ta’ rinnovar li qed isir f’dan il-post. Fl-artiklu prinċipali naqraw riċerka storika fuq il-bini u t-tħaddim ta’ mtieħen tar-riħ fil-gżira, li bdew fis-seklu 17. Daqshekk ieħor studjat hu l-apprezzament kritiku ta’ xogħlijiet tal-arti Ġużeppini. Riflessjonijiet spiritwali jiffokaw fuq kif inżommu lil Alla fiċ-ċentru tal-ħajja tagħna, id-dokumenti tal-Knisja Amoris lætitia u Fratelli tutti, il-kitbiet tat-teologu Fulton Sheen, u l-quddiesa. Dan barra t-tiżwiqa tas-soltu li tinkludi riċensjonijiet, obitwarji, fotografija, poeżija, sport u aħbarijiet djoċesani.

Il-Ħajja f’Għawdex, April 2021, No 1027

Among the illustrated news items this month in this Gozo periodical is the extraordinary sighting of a fin whale off the cliffs of Ta’ Ċenc, so close to land that one could hear its breathing. One wonders if this incident has any link with the pandemic! Less dramatic reports cover the extensive restoration works on the Xlendi Tower, the planned breakwater in Marsalforn, and the general upgrading of this tourist resort. In the main article one can read a well researched history of the erection and running of windmills on the island, which started in the 17th century. Equally engrossing is an illustrated critical appreciation of sacred artworks depicting St Joseph. Spiritual reflections focus on keeping God in the centre of our lives, the Church documents of Amoris lætitia and Fratelli tutti, the writings of the theologian Fulton Sheen, and on Holy Mass. All this apart from the usual mix that includes book reviews, obituaries, photography, poetry, sports and diocesan news.