Ktieb Ġdid – Publikazzjoni Preca
Ix-Xitan Imċanfar
Papa Franġisku
Is-Soċjetà tal-Museum, permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca, għadha kif ippubblikat ktieb ġdid bl-isem ta’ Ix-Xitan Imċanfar.
Il-qarrejja ħa jsibu tagħlim u riflessjonijiet ta’ Papa Franġisku fuq:
1. L-eżistenza tax-xitan
2. Il-ħidma qarrieqa tiegħu
3. Id-difiża tagħna kontrih

Bħas-soltu, il-ħsibijiet ta’ Papa Franġisku huma qosra, sempliċi imma profondi u veri.
Fi kliem il-Papa, “Ix-xitan jeżisti. Huwa ħaj u attiv fid-dinja tal-lum u ma juri ebda sinjal li se jċedi. Huwa theddida serja għad-destin etern tagħna. Ifittex li jeqred lil ruħna.”
Jinbiegħ minn Librerija Preca, Il-Blata l-Bajda għall-prezz ta’ €7.50.