Udjenzi tal-Papa fil-publiku jibdew fit-12 ta ’Mejju

Udjenzi Ġenerali bil-preżenza tal-fidili jerġgħu jibdew fit-12 ta ’Mejju

Minn nhar l-Erbgħa 12 ta’ Mejju, l-Udjenza Ġenerali ser terġa tibda ssir ta’ kull ġimgħa fil-Bitħa ta’ San Damasu, u l-pubbliku jkun jista’ jattendi personalment. L-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ħarġet l-aħbar il-Ħamis filgħaxija.

Il-Papa Franġisku, b’konformità mal-miżuri tas-saħħa kontra l-Covid, beda jżomm l-Udjenza Ġenerali virtwalment mil-Librerija tal-Palazz Appostoliku. L-attendenza pubblika fl-Udjenza Ġenerali kienet reġgħet bdiet fit-2 ta’ Settembru 2020, iżda fid-dawl ta’ tħassib kontinwu dwar is-saħħa u s-sigurtà, ttieħdet id-deċiżjoni li terġa’ lura għal udjenzi virtwali mill-4 ta’ Novembru 2020.

Meta l-Udjenzi Ġenerali pubbliċi jerġgħu jibdew nhar l-Erbgħa li ġej, il-fidili jkunu jistgħu jipparteċipaw billi jidħlu mill-Bieb tal-Bronż fi Pjazza San Pietru. M’hemmx bżonn ta’ biljetti tad-dħul, iżda l-fidili se jkunu meħtieġa josservaw ir-restrizzjonijiet tas-saħħa fis-seħħ.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-05/general-audiences-with-the-presence-of-the-faithful-to-resume.html