Laqgħa Marjana tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex

Dar Ċentrali – Triq Sir Arturo Mercieca, Victoria 5 5 21

Ftit setgħu jsiru appuntamenti matul dawn ix-xhur. Issa li d-direttivi llaxkaw ġmielhom, il-membri – u ħbieb – huma mistiedna għal laqgħa fid- Dar Centrali (triq Sir Arturo Mercieca) nhar it-Tnejn 24 ta’ Mejju. Biex inżommu mad-drawwa stabbilita li norganizzaw laqgħa mal-Madonna, intgħażel jum ta’ tifkira Marjana: “Marija Omm u Xbieha tal-Knisja”, li ddeċieda l-Papa għall-għada ta’ Pentekoste. Il-programm ta’ siegħa u nofs (mill-5pm sas-6.30) jinkludi Rużarju meditatat (b’litanija Ġużeppina, kif għadu kemm żiedha l-Papa) u Quddiesa. Fl-aħħar nieħdu xi ħaġa ma’ xulxin.

Minħabba s-sitwazzjoni anomala, b’ġebla waħda se nippruvaw nolqtu diversi miri:

  • Sena Ġużeppina
  • ir-Rużarju, kif ħeġġiġna l-Papa għal dax-xahar
  • bidu tal-Kampanja annwali favur Ambjent Moralment Nadif
  • Jum Dinji ta’ Talb min-Nisa Kattolċi (Wucwo Day).

Marian celebration by Catholic Action in Gozo Because of the anomalous situation, now that the restrictions are being loosened, Gozo Catholic Action is finally able to organize a prayer

meeting – in Maltese – at its HQ (triq Sir Arturo Mercieca) on Monday 24 May (commemoration of Mary Mother and Image of the Church), from 5pm to 6.30.

The programme includes the Rosary (acceding to the Pope’s request for prayers during May against the pandemic) and Mass. Actually, a single occasion also covering Wucwo Day, Campaign for a Morally Healthy Environment and St Joseph Year.

Leave a Reply