Minn Angelo Xuereb
Permezz ta’ dan il-ktieb, Angelo Xuereb, membru tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, irid jurina kif il-Knisja f’Għawdex u f’Malta ddawlet bil-ħajja ta’ qdusija ta’ diversi saċerdoti, reliġjużi u lajċi Għawdxin.

Wieħed jista’ jaqra bil-mod il-mod il-profil ta’ 33 persuna li jittratta dwarhom dan it-tieni volum, kull profil ippreżentat b’ritratti awtentiċi tal-personaġġi. Il-ktieb, ippubblikat mil-Lumen Christi Publications, huwa żgur utli għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu mixja ta’ konverżjoni u ta’ fidi vera. Jiswa €8 u jista’ jiġi akkwistat mill-ħwienetr ta’ Emmaus, kemm f’Malta u kemm f’Għawdex, u minn Librerija Preca.