Ftuħ ta’ klinika legali għall-immigranti u dawk li qed ifittxu l-ażil
Id-Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex, bl-appoġġ u l-kollaborazzjoni tas-Servizz tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati (JRS Malta) fetħu klinika legali dwar l-immigrazzjoni. L-Għan hu li jgħinu lir-refuġjati u dawk li qed ifittxu l-ażil f’Għawdex bi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-immigrazzjoni u l-ażil.
Il-klinika infetħet fl-uffiċini amministrattivi tad-Djoċesi ta’ Għawdex, magħrufa bħala l-Kurja tal-Isqof, fit-Triq ir-Repubblika, Victoria. Din ser tkun miftuħa kull tieni Sibt tax-xahar, mid-9am sa’ nofsinhar, hu servizz huwa bla ħlas.
Aktar tagħrif … diaconiagozo@gmail.com.