Malta Missjunarja ta’ Ġunju 2021

Matul ix-xahar ta’ Ġunju tista’ taqra aktar dwar dan, fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob.

Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli, li issa sar regolari, qed nimxu pass pass u naqraw dwar ċerti artikli ta’ interess li kienu dehru fl-ewwel ħarġiet tar-rivista Malta Missjunarja li s-sena d-dieħla tgħalaq 90 sena li bdiet tiġi ppubblikata. Artiklu ieħor ilaqqana ma’ għalliem mill-Ghana li qed jgħallem il-kompjuter lit-tfal bla ma biss għadhom kompjuter. Dan billi bil-ġibs pinġa sal-inqas dettal l-iskrin tal-kompjuter fuq il-blekbord.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.