Stedina għat-talb bi tħejjija għall-Ordinazzjoni Djakonali

Avviż mid-Djoċesi ta’ Għawdex

Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ġunju 2021, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, lE.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, se jmexxi l-Ordinazzjoni Djakonali ta’
GABRIEL VELLA, mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala.

Minħabba ċ-ċirkustanzi attwali, din iċ-ċelebrazzjoni sa tkun limitata biss għal dawk li jirċievu stedina, u għalhekk il-pubbliku hu mħeġġeġ isegwiha minn fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex:

Youtube: www.youtube.com/dioceseofgozo

Facebook: www.facebook.com/gozodiocese

Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm ukoll Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 17 ta’ Ġunju, fit-8.00pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġużepp, il-Qala. Imbagħad, mill-10.00pm tal-Ħamis sas-7.00am tal-Ġimgħa, il-Kappella tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria, tkun miftuħa għal lejl ta’ adorazzjoni b’talb għall-ordinand.

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.