Trabbejt b’ġenituri prattiċi ħafna. Kull fejn setgħet, ommi kienet tuża oġġett aktar minn darba. Folja aluminju kienet taħsilha u terġa’ tużaha. Jekk jitqatta’ liżar, tieħu t-tajjeb minnu u tagħmel investi jew paljazzi. Missieri kien idum isewwi l-par żarbun li kellu qabel jixtri wieħed ġdid. Sakemm kien jista’, kien isewwi sopraporta, radju, swiċċ, rota, xkaffa, u x’naf jien.
AKTAR