Meta l-ISIS attakka l-belt fejn toqgħod Camilla fl-Iraq, raġel Musulman laqa’ lilha u lil sħabha l-Insara f’daru sabiex jipproteġihom. Ta’ 98 sena, Camilla Haddad għaddiet minn diversi esperjenzi koroh f’pajjiżha stess u l-aħħar waħda minn dawn kien meta kienet imfittxija mill-ISIS. ‘Meta l-ISIS invadiet Mosul, kont qed ngħix waħdi’ stqarret. Billi ma kellhiex saħħa taħrab, hi ddeċidiet li tibqa’ fil-belt sakemm sabet il-kenn ta’ familja Musulmana.
Rapport għal-Laikos minn Dun Geoffrey G. Attard