Il-kongregazzjoni ta’ Ulied il-Qawmien qed tappella għat-talb. Dan wara li l-Fundazzjoni Aid to the Church in Need irrappurtat il-ħtif ta’ soru minn din il-kongregazzjoni f’Goma, fir-reġjun ta’ Kivu fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Sor Francine kienet maħtufa l-Ħamis 8 ta’ Lulju. Dan kollu qed iseħħ waqt li l-Kongo nħakem minn ilmijiet u għargħar kbir.
Rapport għal-Laikos minn Dun Geoffrey G. Attard