Velja tal-Għid tal-Assunta

Print Friendly, PDF & Email

Fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Ta’ Pinu
Is-Sibt 14 ta’ Awwissu 2021 mit-8.00 sal-10.00pm

(skont ir-restrizzjonijiet li jitolbu l-Awtoritajiet tas-Saħħa)

Il-postijiet huma limitati għal 400 persuna.

Għalhekk, biex tkun tista’ tattendi jeħtieġ:

  • tiġbor il-biljett mill-Parroċċa tiegħek jew mis-Santwarju Ta’ Pinu sa mhux iktar tard mill-Erbgħa 11 ta’ Awwissu,
  • mal-ġbir tal-biljett tagħtina d-dettalji tiegħek,
  • għall-Velja ma tinsiex iġġib miegħek iċ-Ċertifikat tat-Tilqima (min ma jurihx ma jkunx jista’ jidħol),
  • tkun f’postok sat-7.45pm (wara dan il-ħin ħadd ma jista’ jidħol).

Dawk li ma jilħqux jakkwistaw il-biljett, jistgħu jsegwu kollox dirett fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi, Xejk TV jew Radju Marija.

AĦSBU KMIENI!

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.