Joqtol lis-saċerdot li tah kenn u mpieg

Print Friendly, PDF & Email

Father Olivier Maire, ta’ 60 sena, kien għamel karità mal-immigrant mir-Rwanda Emmanuel Abayisenga, ta’ 40 sena billi sablu post fejn joqgħod u mpjegah fil-katidral. Abayisenga kellu ċ-ċwievet biex jiftaħ u jagħlaq il-katidral ta’ San Pietru u San Pawl ta’ Nantes, Franza. Kien Abayisenga li f’Lulju tal-2020 ħaraq in-naħa tal-orgni tal-katidral u dan irriżulta f’nar kbir fil-knisja.

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Awwissu, Abayisenga ta xebgħa kbira lil Fr Maire u qatlu. Fr Maire kien saċerdot magħruf u maħbub, predikatur tajjeb li jimxi fuq l-ispiritwalità ta’ San Lwiġi ta’ Montfort. Kien qrib in-nies tal-parroċċa fejn kien iservi.

Il-qtil ta’ Father Maire qajjem kritika kontra l-gvern Franċiż u ħafna staqsew kif Abayisenga baqa’ Franza wara li kien ħaraq il-Katidral. Imma jidher li għalkemm dan ir-raġel kien taħt il-kontroll tal-pulizija, kien Father Maire stess li ħa r-riskju li jibqa’ jospitah għaliex, skont ħbieb ta’ Fr Maire, “il-karita’ u l-ħniena jwasslu għal riskji minn xhieda bħal ma kien Fr Maire”.

Kitba ta’ Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: