It-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema

Print Friendly, PDF & Email

Kif tħares lejn il-pittura tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema, li saret bejn l-1625 u l-1626, mill-ewwel jolqtok il-moviment li fiha, li hu rifless taż-żmien Barokk li nħadmet fih. Kien żmien tal-kontro-riforma, fejn reġgħet ingħatat importanza lill-persuna tal-Verġni Marija. Dan kien suġġett popolari ħafna mal-artisti, tant li nsibu diversi pitturi Ii jirrappreżentaw it-tlugħ is-sema ta’ Marija, inklużieżempji oħra ta’ Rubens stess.

Altar maġġur, Kattidral ta’ Antwerp, Belġju – Peter Paul Rubens, 1577-1640

Fuq quddiem u taħt il-figura ta’ Marija naraw l-Appostli; uħud minnhom qed iħarsu lejha tielgħa s-sema, waqt Ii oħrajn qed iħarsu lejn il-qabar vojt, li hu forma ta’ sarcofagu, jistrieħ fuq żewġ tarġiet. Jidhru wkoll tliet nisa li qed jiflu l-liżar li Marija ħalliet warajha. Marija hi bil-qiegħda fuq sħaba, mimlija dawl u glorja. Hi mdawra mill-anġli li jidhru ferħanin hi u tiġi meħuda l-Ġenna. Fuq ix-xellug jidher anġlu, li hu kbir fid-daqs, fejn il-puttini, jiġifieri l-anġli ż-żgħar li qed iduru ma’ riġlejn Marija. Dan l-anġlu qed jgħaddi girlanda ta’ fjuri lil anġlu ieħor, biex jinkuruna lil Marija. ln-naħa l-oħra ninnutaw żewġ anġli oħra kbar. Fl-isfond tidher is-sema bil-kulur blu sabiħ, tipiku ta’ Rubens, miksur mis-sħab bajdani.

Din ix-xena ma nsibuhiex fil-VanġeIu iżda hi meħuda minn kitba apokrafa u dik tradizzjonali msejħa Legenda Aurea. ld-dettalji ppreżentati fiI-leġġenda nsibuhom kollha f’din iI-pittura ta’ Rubens. Skond it-tradizzjoni, Marija għexet fil-Palestina filwaqt li l-Appostli kienu xterrdu mad-dinja. B’mod mirakuluż inġabru kollha u kienu preżenti għall-mewt u d-difna tagħha. Difnuha f’qabar jixbah lil dak ta’ binha Ġesu’, li naturalment kien ħafna differenti minn dak li qed naraw fil-pittura ta’ Rubens. Qagħdu jishru mal-qabar u wara tlitt ijiem, bħal binha Ġesu’, rawha tielgħa s-sema, imdawra bi qtajjiet ta’ anġli. Ġisimha kien jidher ħaj, intatt u mingħajr taħsir. lt-tliet nisa li jidhru fin-nofs huma l-istess tliet nisa li skond il-leġġenda, keffnuha.

Fosthom tidher waħda, fin-­nofs eżatt, liebsa l-aħmar li donnha ngħatat aktar importanza. FiI-fatt, il-wiċċ ta’ din il-mara hu dak tal-mara ta’ Rubens, Isabella Brant, li mietet fl-20 ta’ Ġunju tal-­1626, x’aktarx bl-epidemija tal-pesta li kienet għaddejja, jiġifieri waqt li Rubens kien qed jaħdem fuq dan il-kapulavur.

Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: