Galatin bla moħħ

Il-Papa Franġisku kompla bl-ispjegazzjoni tal-Ittra ta’ San Pawl lill-Galatin. “Din mhijiex xi ħaġa ġdida, din l-ispjegazzjoni, jew xi ħaġa tiegħi: dan li qed nistudjaw hu x’jgħid San Pawl f’kunflitt serju ħafna mal-Galatin. U hi wkoll Kelma ta’ Alla, għax daħlet fil-Bibbja. Mhumiex ħwejjeġ li qed jivvintahom xi ħadd: le. Hi ħaġa li seħħet f’dak iż-żmien u li tista’ tirrepeti ruħha. U fil-fatt rajna kif fl-istorja rrepetiet ruħha, din. Din hi sempliċiment katekeżi fuq il-Kelma ta’ Alla espressa fl-Ittra ta’ Pawlu lill-Galatin: mhi xejn għajr hekk. …”

aktar