Postijiet vakanti fil-Kinder 1

Print Friendly, PDF & Email

Postijiet vakanti għal studenti fil-Kinder 1 fl-iskola St Francis, in-Nadur, Għawdex

Il‑Bord tad‑Dħul tal‑IskejjeI tal‑Knisja jinforma lill-pubbliku li għandu erba’ postijiet vakanti fl‑Ewwel Sena Kindergarten fl-Iskola ta’ St Francis, in-Nadur, Għawdex. Dawn il-postijiet vakanti għal applikanti oħra se jimtlew skont ir‑Regolamenti tad-Dħul tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex u skont dawn id-dettalji.

L-applikazzjonijiet se jintlaqgħu onlajn biss minn knisja.mt/applications minn nhar il‑Tnejn 13 sal‑Ħamis 16 ta’ Settembru 2021. Il‑konferma tal‑applikazzjoni se tintbagħat sal‑Ħamis 23 ta’ Settembru 2021.

Jekk ikun hemm bżonn, issir polza nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru fl-4.00pm fl-Iskola ta’ St Francis, ir-Rabat, Għawdex. Jistgħu jattendu biss dawk li se jieħdu sehem fil-polza u jiġu infurmati b’email. Se jiġi segwit il-protokoll tal-Covid-19.

Jekk wara din is-sejħa jibqa’ postijiet vojta, dawn jimtlew minn min japplika l-ewwel. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom isiru permezz ta’ email lil Sr Francesca Abela fuq srfrancesca.abela@stfrancisvct.edu.mt jew billi żżuru l-Iskola ta’ St Francis, in-Nadur.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn knisja.mt/ChurchSchools.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.