Messaġġ konġunt għall-għożża tal-ħolqien mill-Papa Franġisku, il-Patrijarka Ekumeniku Bartilmew u l-Arċisqof ta’ Canterbury Justin. 01/09/2021.
… Ix-xahar ta’ Settembru jiġi ċċelebrat minn bosta Nsara bħala Żmien il-Ħolqien, opportunità biex nitolbu u nieħdu ħsieb tal-ħolqien ta’ Alla. Waqt li l-mexxejja tad-dinja qed ilestu biex jiltaqgħu fi Glasgow f’Novembru biex jiddeċiedu fuq il-futur tal-pjaneta tagħna, nitolbu għalihom u nirriflettu fuq liema huma l-għażliet li lkoll irridu nagħmlu.
Għalhekk, bħala gwidi tal-Knejjes tagħna, nistiednu lil kulħadd, hi x’inhi l-fidi jew il-viżjoni tiegħu tad-dinja, biex ifittex li jisma’ l-karba tal-art u tal-persuni foqra, jgħarbel imġibtu u jħabrek biex jagħmel sagrifiċċji sinifikattivi għall-ġid tal-art li tana Alla …