Żewġ korsijiet Pastorali f’Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

F’Ottubru, fid-Djoċesi ta’ Għawdex, ser jibdew żewġ korsijiet mill-Istitut għall-Ministeru Pastorali (IMP)

Inklużjoni u Integrazzjoni ta’ Persuni Vulnerabbli

L-ewwel kors ta’ formazzjoni jismu, Inklużjoni u Integrazzjoni ta’ Persuni Vulnerabbli fil-Komunità, u qed isir f’kollaborazzjoni ma’ Djakonija Għawdex. Il-kors hu indirizzat lil dawk interessati f’ħidma volontarja ma’ persuni vulnerabbli f’ambjenti pastorali kif ukoll lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-kura tal-anzjani, bil-għan li joffru attenzjoni ħolistika lil dawk li jużaw is-servizzi tagħhom. Għal aktar tagħrif ibgħat email fuq diaconiagozo@gmail.com jew ċempel 21564235 / 99228918. L-applikazzjonijiet jiġu milqugħa sat-Tnejn 20 ta’ Settembru.

Formazzjoni Liturġika

It-tieni kors huwa ta’ Formazzjoni Liturġika f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Liturġika. Il-kors hu indirizzat għal kull min għandu għal qalbu l-Liturġija u jixtieq jikber fl-għarfien tagħha, bl-għan ukoll li jagħti ħiliet fid-diversi forom ta’ animazzjoni liturġika.

Għal aktar tagħrif ibgħat email lil ipmgozo@gmail.com jew ċempel fuq 79553492.

L-applikazzjonijiet jiġu milqugħa sal-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.