Proġett b’risq it-tfal u l-ħaddiema fid-djar tal-Knisja

Tliet entitajiet tal-Knisja jibbenefikaw minn fondi Ewropej

Tliet entitajiet tal‑Knisja li jmexxu djar residenzjali għat‑tfal se jaħdmu flimkien fuq proġett li se jkompli jtejjeb il‑ħajja tat‑tfal u l‑adolexxenti li jgħixu fid‑djar tal‑Knisja. Dan il‑proġett se jsir b’investiment ta’ €250,000 li 80% minnhom se jkunu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea u l‑bqija se jiġu ffinanzjati mill‑Knisja. Minn din ir‑riċerka se jibbenefikaw mhux biss it‑tfal iżda wkoll il‑professjonisti li jaħdmu magħhom. Fil‑preżent, f’dawn id‑djar tal‑Knisja jgħixu 72 tifel u tifla li ġejjin minn ċirkustanzi diffiċli fil‑familja, u li ġew fdati lill‑Knisja mill‑Istat għall‑kura u l‑ħarsien tagħhom.

aktar