Plexus21: applikazzjonijiet miftuħa għall-youth leaders

Print Friendly, PDF & Email

Jinsabu miftuħa l-applikazzjonijiet online għall-konferenza annwali ‘Plexus’ għall-youth leaders li jaħdmu fil-pastorali mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Din is-sena l-konferenza se ssir fid-9 ta’ Ottubru. Sabiex jinżammu l-miżuri tas-saħħa marbuta mal‑COVID‑19, il-konferenza se tkun qed issir minn sitt postijiet differenti fl-istess ħin, bi wħud mill-attivitajiet ippjanati jixxandru live.

Din is-sena l-għan ewlieni ta’ Plexus21 – Waves hu li toffri lill-mexxejja żgħażagħ il-ħin li jirriflettu dwar dak li għaddew minnu matul is-sentejn ta’ pandemija kif ukoll toffri l-ispazju biex flimkien jaqsmu u jisimgħu l-esperjenzi ta’ xuxlin. Il-parteċipanti se jkollhom ukoll ħin jiddiskutu ‘Knisja Waħda Vjaġġ Wieħed’, id-dokument ta’ tiġdid ekkleżjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u kif dan jista’ jservi ta’ gwida għall-ħidma maż-żgħażagħ.

Plexus hi organizata mill‑Malta Catholic Youth Network (MCYN), il-kummissjoni fi ħdan il‑Knisja f’Malta li tagħti leħen liż‑żgħażagħ, u li tieħu ħsieb tikkordina u tħeġġeġ il‑ħidma pastorali fost iż‑żgħażagħ.

Aktar dettalji jinkisbu minn mcyn.org/plexus21 jew permezz tal-Facebook event.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply