Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Ottubru 2021

Print Friendly, PDF & Email

Matul ix‑xahar ta’ Ottubru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVMKnisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, Facebook u YouTube.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ġimgħa 1 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal‑Ispirtu s‑Santu fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.

Is‑Sibt 2 ta’ Ottubru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha Sr Maria Cilia tagħmel professjoni perpetwa fi ħdan il‑Kongregazzjoni tal‑Ursolini ta’ Sant’Angela Merici fil‑Knisja tal‑Madonna ta’ Loreto, Gwardamanġa.

Il‑Ħadd 3 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa
fl‑ewwel Jum l‑Uffiċjali Korrettivi, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM.

L‑Erbgħa 6 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum il‑Forzi Armati, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas‑Sliema, fil‑bidu tal‑ħidma pastorali tal‑kappillan l‑ġdid Patri Claudio Borg OP.

Il‑Ħamis 7 ta’ Ottubru, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fit‑twaqqif tal‑Fraternità ta’ Ġesù u Marija, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn.

Il‑Ġimgħa 8 ta’ Ottubru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti lil Dun Mario Tong il‑pussess bħala Kanonku tal‑Kapitlu Metropolitan u wara jiċċelebra quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, fil‑bidu tal‑ħidma pastorali tiegħu bħala l‑arċipriet il‑ġdid.

Is‑Sibt 9 ta’ Ottubru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn.

Il‑Ħadd 10 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa. Din tixxandar fuq TVM. Fil‑11:00 a.m. u fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn.

Il‑Ħamis 14 ta’ Ottubru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa,  fil‑bidu tal‑ħidma pastorali tal‑kappillan il‑ġdid Patri Joseph Zahra OP.

Is‑Sibt 16 ta’ Ottubru, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

Il‑Ħadd 17 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-ftuħ tal-mixja djoċesana għas-Sinodu tal-Isqfijiet li se jsir fl-2023 bit-tema ‘Lejn Knisja sinodali: komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni’. Din tixxandar fuq TVM.

Is‑Sibt 23 ta’ Ottubru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Arċipretali ta’ San Nikola ta’ Bari, is‑Siġġiewi.

Il‑Ħadd 24 ta’ Ottubru, il-Ġurnata Missjunarja, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa. Din tixxandar fuq TVM. Fl‑4:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Arċipretali ta’ San Nikola ta’ Bari, is‑Siġġiewi.

Il‑Ġimgħa 29 ta’ Ottubru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Is‑Sibt 30 ta’ Ottubru, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Gżira.

Il‑Ħadd 31 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑100 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Parlament Malti, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Kolleġġjata tal‑Immakulata Kunċizzjoni, Bormla. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑75 anniversarju tal‑iskola St Michael, fid‑Dar Ċentrali tas‑soċjetà tal‑MUSEUM, il‑Blata l‑Bajda.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti