Il-Ġurnata Missjunarja, il-Ħadd 24 ta’ Ottubru

Print Friendly, PDF & Email

Papa Franġisku jgħidilna li l-istess bħall-appostli u l-ewwel Insara, aħna wkoll nistgħu ngħidu b’konvinzjoni sħiħa: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” (Atti 4:20)

Ara l-messaġġ tal-Papa Franġisku għall=Ġurnata Missjunarja 2021 …

Kull ħaġa li rċivejna u nirċievu mingħand il-Mulej għandha tkun imħaddma tajjeb, u għandha tiġi maqsuma ma’ ħaddieħor. Hekk kif l-appostli raw, semgħu u messew lil Ġesù, hekk aħna wkoll nistgħu nmissu t-tbatija u l-glorja ta’ Ġesù. Bħala Nsara, ma nistgħux inżommu lil Alla għalina nfusna, imma jeħtieġ li nevanġelizzaw.

Ottubru huwa xahar iddedikat lill-missjonijiet madwar id-dinja fejn il-Knisja tfakkar ix-xogħol imprezzabbli tal-missjunarji, u titlob u tqajjem kuxjenza fuq pajjiżi foqra u l-bżonnijiet tagħhom. Apparti minn hekk, kull donazzjoni li tinġabar fil-ġurnata missjunarja tmur għall-bżonnijiet tal-knejjes, skejjel, sptarijiet kif ukoll vokazzjonijiet fejn il-Knisja għadha ġdida, żgħira jew fqira.

Għal donazzjoni onlajn jew għal aktar tagħrif żur is-sit www.missio.org.mt jew ikkuntatjana fuq info@missio.org.t jew 2123 6962. Grazzi mill-qalb.

Ara l-messaġġ tal-Papa Franġisku għall=Ġurnata Missjunarja 2021 …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.