X’jaħsbu x-xjenzati fuq ir-reliġjon

Lise Meitner, atomic physicist: Tinħtieġ qawwa aqwa minn bniedem biex tista’  tikkontrolla l-qawwiet tal-enerġija atomika.

Arthur Compton, physicist: M’għandux ikun hemm konflitt bejn ix-xjenza u r-reliġjon.  Ix-xjenza hi metodu ta’ min joqgħod fuqu biex tinstab il-verita’.  Ir-reliġjon hi t-tfittxija għal mod sodisfaċenti  ta’ ħajja.  Ix-xjenza qed tikber; imma dinja li għandha x-xjenza għandha bżonn, bħal qatt qabel, l-ispirazzjoni li r-relġjon toffri

Werner von Braun,  missile expert: Nemmen f’ruħ immortali.  Ix-xjenza tat prova li xejn ma jiddiżintegra fix-xejn. Għalhekk il-ħajja u r-ruħ ma jistgħux jispiċċaw fix-xejn, mela huma immortali.

George Davis,  physicist: Biex univers joħloq lilu nnifsu, irid ikollu l-qawwiet ta’ ħallieq,  u f’dan il-każ bil-fors ikollna nikkonkludu li l-univers innifsu hu xi Alla. 

Edwin  Conklin, biologist: Il-probabbilta’ li l-ħajja ġiet b’riżultat ta’ aċċident qisha l-probabbilta’ li dizzjunarju komplut hu riżultat ta’ splużżjoni fl-istamperija.

Albert Einstein, theoretical physicist: Dak il-bniedem li jqis ħajtu u dik ta’ ħutu l-krejaturi l-oħra bla sens, hu mhux biss sventurat imma kważi skwalifikat għal għomru.

Albert Wichester, biologist: Twemmin aktar profond u aktar sod f’Alla għandu jkun ir-riżultat ta’ meta  tagħraf  il-verita’. 

Johannes Kepler, astronomer: Ninħakem minn stagħġib, nibda nirtogħod, demmi jibda jbaqbaq.  Alla ilu 6000 sena jistenna lil xi ħadd jammira x-xogħol Tiegħu.   L-għerf Tiegħu hu infinit; kemm dak il-ħafna li ma nafux fuqu u kemm il-ftit li nafu, jinsabu kollha fih..

Miġbura minn Edward Tagliaferro