Il-Papa jfakkar il-vittmi tal-attakki fin-Norveġja fl-Afganistan u fir-Renju Unit

Waqt it-talba tal-Anġelus tal-Ħadd 17 ta’ Ottubru, l-Papa Franġisku esprima l-qrubija tiegħu mal-familji li tilfu lill-maħbubin tagħhom fl-attakki li seħħew il-ġimgħa li għaddiet fin-Norveġja, fl-Afganistan u fir-Renju Unit. Huwa esprima n-niket tiegħu dwar il-bosta mwiet u persuni midruba. Huwa appella biex jieqfu jużaw il-vjolenza, li hija dejjem telfa għal kulħadd u twassal biss għal aktar vjolenza.

aktar