“Bezzjoni Nann”

Print Friendly, PDF & Email

Inizjattiva mill-KDŻ Għawdex indirizzata għall-istudenti li huma minn 16-il sena ‘il fuq.

Hawn taħt issib il-booklet/sussidju ta’ żewġ laqgħat …

X’inhi din l-inizjattiva fil-qosor?

  • Fuq xewqa tal-Papa nixtiequ nagħtu aktar importanza lid-djalogu bejn l-anzjani u ż-żgħażagħ.
  • Qegħdin inħeġġu lill-gruppi kollha biex mill-ġimgħa ta’ wara Kristu Re sal-Milied, jistiednu liż-żgħażagħ tagħhom (16+) imorru jżuru anzjan darba fil-ġimgħa u jżommu kuntatt miegħu tul dawk il-ħames ġimgħat.
  • Dawn l-anzjani għandhom jinstabu mill-kappillan li jkun jafhom personalment.
  • Iż-żgħażagħ jistgħu jmorru tnejn tnejn.
  • Ix-xewqa hi li din l-inizjattiva tibqa’ għaddejja anke wara l-Milied
  • Is-sussidju joffri żewġ laqgħat li permezz tagħhom tistgħu tħejju u tippreparaw liż-żgħażagħ għal din l-inizjattiva
  • Ovjament is-sussidju jista’ jiġi adattat skont ix-xewqa tal-animaturi.

Il-kopji stampati jistgħu jinġabru mid-delegati ta’ kull grupp li ser jiltaqgħu mal-KDŻG nhar is-Sibt li ġej.  Jekk tixtiquhom f’idejkom qabel, kelmuna minnufih.

Dan is-sussidju tħejja minn Jennifer Cauchi għall-KDŻG, bl-għajnuna ta’ Fr Anthony Bajada li ħadem u studja fuq il-Pastorali mal-Morda u l-Anzjani. Għaldaqstant nirringrazzjawhom mill-qalb.

Il-ħidma t-tajba

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: