Lil hinn mit-telfa

Print Friendly, PDF & Email

Grupp ta’ sapport għal dawk li tilfu lil xi ħadd bil-kanċer

Id-Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex flimkien ma’ Willingness qed jorganizzaw grupp ta’ sapport għal dawk li tilfu lil xi ħadd bil-kanċer.

Dawk interessati għandhom jinkitbu billi jċemplu l-Kurja tal-Isqof fuq 21551211 jew 21556661. Jiġu aċċettati l-ewwel 15-il persuna. Tintalab donazzjoni simbolika ta’ €30.

Il-grupp se jitmexxa mill-psikologa Danica Cassar.

Min jaf lil xi persuni li għaddew minn din it-telfa u dan il-grupp jista’ jkun ta’ għajnuna għalihom, allura tajjeb jkunu avviċinati personalment u nfurmati b’din l-inizjattiva. 

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: